Il-Kunsill Lokali il-Gżira bħala Gvern Lokali ilu mwaqqaf sa mill-1994 u rregolat skont l-Att XV tal-1993 tal-Kunsilli Lokali. Sallum kien hemm sitt leġislaturi.
Il-Kunsilli Lokali huma responsabbli għall-proġetti ambjentali u nfrastrutturali fil-lokalita. Matul is-snin il-Gvern Lokali ddelega aktar devoluzzjonijiet bħal Infurzar Lokali; Dawl fit-toroq, Servizz Elettroniku tal-Gvern, Internet Awareness, Libreriji Pubbliċi eċċ.
Il-Kunsill Lokali mplimenta Bye Laws u jorganizza korsijiet speċifiċi biex jippromovi aktar edukazzjoni għar-residenti.
Il-Kunsill flimkien ma' Sotto-Kumitati jorganizza eventi soċjali u jgħin Għaqdiet volontarji.
Bil-proċess diċentralizzat, l-iskop tal-Gvern Ċentrali hu li kull Kunsill Lokali jsir a one stop shop fejn ir-residenti bis-sistema ta' l-E-Government jistgħu jressqu l-bżonnijiet tagħhom fl-Uffiċċju Amministrattiv tal-Kunsill.
L-Uffiċċju Amministrattiv tal-Kunsill jinstab Nru: 283/1 Rue D'Argens, il-Gżira GZR 1364, Malta u jista' jiġi kontatat fuq Nru: tat-telefon (00356) 21 341034 jew fuq fax Nru: (00356) 21 341616. L-indirizz eletroniku huwa