Il-Ħamrun

Dħul

Print this page

Il-Ħamrun

Il-Ħamrun huwa wieħed mis-subborgi li nsibu fil-gżejjer Maltin xi żewġ mili (2.25km) biss ‘il bogħod mill-Belt Valletta (Città Umilissima). Jinsab mibni fuq art watja, imħattba kemmxejn lejn in-naħa Tas-Samra.

It-toroq tal-Ħamrun huma ta’ wisa’ normali u dritti bla tgħawwiġ, tneħħi xi żewġ toroq dojoq li jinsabu ‘l isfel mill-Għassa tal-Pulizija. Il-Ħamrun ittieħed minn tliet parroċċi, dik ta’ Ħal Qormi (Città Pinto), ta’ Birkirkara u tal-Floriana. Il-limiti tal-Ħamrun kienu wisq mifruxa milli huma illum, iżda meta Santa Venera u l-Marsa saru paroċċi dawn ħadu parti sewwa mill-Ħamrun. Il-motto tal-Ħamrun huwa ‘Propera”Augesco’”li jfisser ‘Dlonk Nikber’. Dan is-subborg dam żmien twil biex stabbilixxa ruħu imma wara kiber u żvillupa f’daqqa u sar magħruf bħala l-Ħamrun kif nafuh.

Illum ma għadux dak ta’ li kien sittin jew sebgħin sena ilu billi bil-progress li għadda minnu b’ħeffa kbira, sar iħabbatha mal-Belt Valletta (Città Umilissima). Fih insibu ħwienet ta’ lussu u ta’ ġeneri oħra li għamlu lill-abitanti tiegħu jgħixu fil-kumdità ta' darhom mingħajr il-ħtieġa li jmorru ‘il bogħod għall-ħtiġiet ta’ kuljum fil-ħajja.

Aghfas hawn biex issegwi l-laqghat tal-Kunsill live - http://corterm.com/lc/hamrun/