Il-Kalkara

Dħul

Print this page

Il-Kalkara

Fejn tinsab il-Kalkara?

Il-Kalkara tinsab fin-Nofsinhar ta’ Malta viċin it-tlett ibliet magħrufa bħala Cottonera u parti mill-Port il-Kbir u għandha superfiċje ta’ 1.75 kilometri kwadri. Tinsab 4 kilometri ‘l bogħod mill-Belt Kapitali l-Belt Valletta (Città Umilissima) u 3 kilometri ‘l bogħod mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Għandha popolazzjoni ta’ 3,000 ruħ, li huma mqassma kif ġej: 49.6% rġiel u 50.4% nisa.

Għaliex il-Kalkara?

Il-Kalkara ġiet imsemmija għat-Tnax il-Konti ta’ il-Kalkara u Segretarju tal-Gwerra Brittanniku fl-1859.

X’kienu l-oriġini tal-Kalkara?

Huwa maħsub li l-erja tal-Kalkara hija waħda mll-eqdem żoni abitati, dan minħabba l-fatt li qaliet aċċessibbli provdew protezzjoni lil baħħara Sqallin biex jissetiljaw hawn Malta.

Mapep u dokumenti qodma dejjem irreferew għall-Kalkara (li qabel kienet magħrufa bħala Calcara) bħala subborg tal-Birgu (Città Vittoriosa). Fil-fatt il-kunvent tal-Kapuċċini u l-Knisja ta’ Santa Liberata dejjem irreferu għalihom bħala ‘Fuori la Mura’ li tfisser barra mis-swar li jiċċirkondaw il-belt. Is-sejbiet ta’ kolonni Eġizzjani fil-post magħruf bħala ‘Ta Bighi’ fl-1830 u l-bini tal-Kappella tas-Salvatur fl-1650 jindikaw interessi varji fil-Kalkara. Fost il-bini storiku fil-Kalkara wieħed isib iċ-Ċimiterju ta’ Wied Għammieq, mibni apposta matul l-epidemija tal-kolera fl-1837, Forti Rinella, Forti Ricasoli u Villa Portelli li kienet isservi ta’ residenza privata għall-‘Flag Officer’ f’Malta matul ir-renju Brittanniku.

Fit-22 ta’ Ġunju 1890 tbierket l-ewwel ġebla tal-knisja oriġinali tal-Kalkara f’Rinella Street, li nbniet f’sitt snin.

Fl-10 ta’ Diċembru 1897 Mons Pietru Pace, l-Isqof għall-Gżejjer Maltin, ħareġ digriet li stabbilixxa l-Kalkara bħala parroċċa għaliha, biex b’hekk ġiet maqtugħa mill-parroċċa tal-Birgu (Città Vittoriosa). Il-Kalkara qatt ma kien post popolat ħafna. Filwaqt li f’din iż-żona kienu jgħixu 800 ruħ fl-1813, il-popolazzjoni żdiedet għal 1,700 sa l-1898 u sa l-2001 kienu jgħixu madwar 3,000 ruħ f’din il-lokalità.

Fiex jikonsisti il-Kunsill Lokali tal-Kalkara?

Skont l-Att tal-Kunsilli Lokali (1993), il-Kalkara huwa wieħed mis-68 Lokalita' li għandu l-Kunsill Lokali tiegħu. L-Ewwel elezzjoni tiegħu kienet fis-16 ta' April, 1994. Il-Kunsill Lokali tal-Kalkara huwa responsabbli biex jieħu ħsieb il-Lokalità.

Il-Kunsill jinsab fi 1/2 Binja Salvatur, Triq Luigi Preziosi. Il-Kunsill huwa magħmul minn Sindku, Viċi Sindku u tlett Kunsilliera, waqt li s-Segretarju Eżekuttiv huwa responsabli għall-administrazzjoni finanzjarja tal-Kunsill.

           
View Larger Map