Ta' Kerċem

Ġemellaġġi

Print this page

Ġemellaġġ ma’ bliet barranin

Ġemellaġġ mal-Belt Taljana ta’ Orvieto, fl-Umbria.

Kien fil-bidu tat-tielet leġiżlatura tal-Kunsill Lokali Ta' Kerċem (għall-aħħar tas-sena 2001), meta s-Sindku Joe Grima wera x-xewqa li nibdew infittxu lokalita’ barranija sabiex magħha nilħqu ftehim li jwassal għal Ġemellaġġ. Bl-għajnuna ta’ żewg saċerdoti Kerċmin, Dun Reuben Micallef u Dun Roberto Gauci, li kienu jagħmlu l-istudji taghhom f’Ruma, wasalna biex navviċinaw lil Comune tal-Belt ta’ Orvieto, belt fil-provinċja ta’ Terni fir-reġjun ta’ l-Umbrija.

L-amministrazzjoni ta’ Orvieto mall-ewwel uriet interess sabiex jibdew il-kuntatti bejn iż-żewġ lokalitajiet, u saret stedina lis-Sindku Joe Grima biex iżur Orvieto. Is-Sindku laqa’ din l-istedina, u għamel żjara fl-Italja fi Frar 2002. F’Ruma ltaqa’ ma’ Dun Reuben u Dun Roberto u wara li kien sar appuntament mal-Comune di Orvieto, saret l-ewwel laqgħa fil-Palazz Komunali ta’ Orvieto. Il-laqgħa tmexxiet mill-Viċi Sindku tal-belt, Sandro Mocio. Wara, d-delegazzjoni minn Kerċem iltaqgħet mas-Sindku Stefano Cimicchi. Fiż-żewġ laqgħat li saru ntweriet ix-xewqa tal-Kunsill Lokali Ta' Kercem li jsir Ġemellaġġ bejn iż-żewġ lokalitajiet. F’April 2002, is-Sindku Cimicchi għamel l-ewwel żjara tiegħu f’Ta' Kerċem. Waqt din iż-żjara ta’ ġimgħa huwa kellu l-opportunita’ li jmiss b’idejh il-qalb kbira tal-poplu Kerċmi.
Il-kuntatti komplew jissaħħu f’Novembru 2002, meta l-Kunsillier tal-Comune di Orvieto Sandro Gulino, attenda għal Konferenza dwar il-Ġemellaġġi li saret f’Għawdex. Waqt iż-żjara tiegħu huwa wkoll kellu l-opportunita’ li jżur il-lokalita’ tagħna u jorbot qalbu ma’ gżiritna.
Is-sena 2003 hija s-sena li rat il-ħolma tal-Kunsill issir realta’. Fi Frar 2003, delegazzjoni tal-Kunsill iffurmata mis-Sindku Joe Grima, l-Viċi Sindku Peter Sciberras, il-Kunsillier Raymond Azzopardi u s-Segretarju Carmelo Grima, kienu f’Orvieto u hemmekk ġie ffirmat il-Patt ta’ Ħbiberija bejn iż-żewġ Kunsilli.
Minn dak iż-żmien sa’ Lulju 2003, il-Kunsill kiseb l-approvazzjoni tal-Gvern Malti sabiex dan il-Ġemellaġġ iseħħ. Applikajna wkoll għal fondi mill-Unjoni Ewropeja u anke f’dan il-każ it-talba tagħna ġiet milqugħa.

Iċ-ċerimonja ufficjali ta’ l-iffirmar f’Ta' Kerċem saret nhar il-Ħamis, 10 ta’ Lulju 2003 u għalija attenda l-President tal-Comune ta’ Orvieto Signor Evasio Gialletti flimkien mal-banda Luiġi Mancinelli u delegazzjoni minn Orvieto. Kienu preżenti wkoll il-President tal-Kamra tar-Rappreżentanti l-Onor. Anton Tabone, il-Ministru tal-Ġustizzja u Intern Dr. Tonio Borg, il-Ministru għal Għawdex l-Onor Giovanna Debono, il-Kappillan il-Kan. Dun Franġisk Debrincat, rappreżentanti ta’ l-għaqdiet kollha tar-raħal, flimkien ma’ folla kbira ta’ residenti li assistew għal programm mill-isbaħ. Ipparteċipat ukoll il-Banda San Girgor. F’din iċ-ċerimonja minbarra l-iffirmar tal-Ġemellaġġ, saret ukoll id-devoluzzjoni ta’ l-art li fuqha ser jinbena ċ-ċentru komunali ta’ Kerċem, tfakkar il-50 anniversarju mit-twaqqif tal-Kerċem Ajax FC, kif ukoll ingħataw l-Unur “Gieħ Ta' Kerċem” lill-armla tal-mikbi Joseph Micallef (li miet f’inċident waqt xogħol volontarju fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kerċem fi Frar 2003), u lil Michelaneglo Grech (wieħed mill-fundaturi tal-Kerċem Ajax). Ingħatat ukoll l-isem ta’ Pjazza Orvieto lil lokal fejn saret iċ-ċerimonja, filwaqt li nkixfet irħama kommemorattiva li fakkret dan il-Ġemellaġġ.

Il-festeggjamenti fl-okkażjoni ta’ dan il-Ġemellaġġ gew fi tmiemhom f’Dicembru 2003. Grupp ta’ 130 minn Ta' Kerċem tela l-Italja għal din l-okkazjoni. Il-grupp kien immexxi mis-Sindku u l-Kunsilliera u preżenti kien hemm ukoll il-Kappillan Ta’ Kerċem u l-Banda San Girgor.

Ġemellaġġ Lokali mal-Floriana (Malta)


Il-Kunsill Lokali Ta' Kercem kien l-ewwel Kunsill Ghawdxi li ffirma ftehim ta’ Gemellagg mal-lokalita’ Maltija tal-Floriana. Dan sar wara li z-zewg Kunsilli Lokali qablu li diversi similaritajiet li jezistu bejn iz-zewg lokalitajiet, ghandhom iressquna aktar lejn xulxin, u permezz tal-Gemellagg tigi msahha l-hbiberija u jsir impenn sabiex din tikber u tissahhah. Il-Gemellagg gie ffirmat fiz-zewg lokalitajiet rispettivi, fil-Floriana sar nhar it-Tnejn 31 ta' Marzu (festa nazzjonali), filwaqt li dik f’Ta' Kercem issir is-Sibt 5 ta’ Lulju 2008 fl-okkazjoni ta’ Jum Ta' Kercem.
Fiz-zewg okkazjonijiet, gruppi ta’ residenti miz-zewg lokalitajiet attendew ghal dawn ic-cerimonji. Ic-cerimonja fil-Floriana saret fi Pjazza E.S. Tonna filwaqt li dik f’Kercem saret fi Pjazza Orvieto. Il-ftehim gie ffirmat mis-Sindki Joe Grima u Nigel Holland rispettivament.