Ħal Kirkop

L-Istorja tal-Lokalita'

Print this page

Ħal Kirkop huwa raħal żgħir ħafna iżda għandu ħafna x’joffri lill-visitatur. Wieħed isib il-‘Menħir’ ġebla sħiħa li saret is-simbolu tar-raħal, il-katakombi paleo-kristjani, Il-knisja medjuvali ta’ l-Lunzjata, il-parroċċa dedikata għal San Anard, żewġ każini tal-banda, Każin ta’ San Gużepp u l-każin ta’ San Anard u ċimiteru fejn insibu Kappella ddedikata għal San Nikola. Salib fuq kolonna jinstab f’Misraħ Kirkop u jissejjaħ is-‘Salib tad-Dejma’. Imferxa mar-rahal kollu issib ħafna niċeċ li juri id-dedikazzjoni tal-poplu koppin ghar-reliġjon. Kirkop kien jagħmel parti ta’ parroċċa ikbar, dik ta’ Bir Miftuħ miż-żmienijiet tal-Medju Evu meta fid-29 ta’ Mejju, 1592 sar parroċċa ghalih.