Ħal Kirkop

Servizzi offruti mill-Kunsill Lokali

Print this page

Ħlas ta' Multi

Ħlas ta’ multi jistgħu jsiru personalment f’kull uffiċċju amministrativ ta’ kull Kunsill Lokali f’Malta u Għawdex, jew bil-posta jew bl-internet. Fil-każ li l-ħlas jintbgħat bil-posta, huwa rikommandat li tintuża posta reġistrata.

Kull uffiċċju amministrativ huwa mgħammar biex jgħin f’diffikultajiet li jkollu l-pubbliku.

Ħlasijiet tal-Kera

L-uffuċċju amministrativ jaċċetta ħlas tal-kera tal-postijiet tal-gvern.

Il-ħlasijiet jiġu aċċettati sa 21 jum mid-data l-avviż.

Wara id-data ta’ l-għeluq, il-ħlasijiet jistgħu jsiru d-dipartiment ta’ l-artijiet b’ċekk jew b’ċekk tal-bank, personalment jew bil-posta. Jekk ser tuża il-posta, aħjar tiġi rreġistrata.

Attivitajiet li jeħtieġu permess mill-Kunsill Lokali

Huma diversi l-attivitajiet li jeħieġu permess mill-Kunsill Lokali. Dawn huma: Tqegħid f’xi triq ta’ Kiddie Ride Machines u makni tal-bejgħ awtomatiċi; Depositu ta’ materjal tal-bini u materjal ieħor f’xi triq; Depositu ta’ ‘open skip’; Depositu jew u\u ta’ krejn jew makkinarju f’xi triq waqt il-bini, kostruzzjoni jew demolizzjoni ta’ xi bini jew proġett ieħor simili; Tqegħid ta’ mwejjed u siġġijiet; Twaqqif ta’ xi posta jew kjosk; Awtorizzazzjoni biex twettaq attivita’ f’suq fil-berah; u Biex isir divertiment okkażżjonali, bħal wirjiet, daqq ta’ strumenti mużikali, sports u divertimenti ieħor. Ghal aktar informazzjoni wiehed ghandu jikkuntattja l-Ufficcju tal-Kunsill fuq 21680099.

Licenzja għall-ftuħ ta' Wiċċ tat-triq

Skond Avviż Legali 313 ta’ l-2002, ħadd ma jista’, mingħajr il-liċenzja tal-Kunsill, jiftaħ wiċċ it-triq biex jagħmel xi xogħlijiet. Din il-liċenzja tinħareġ mill-Kunsill fuq talba tal-kuntrattur għal ħlas ta’ Lm1.

Servizz Ġbir ta' Skart

Il-ġbir ta'skart domestiku isir mit-Tnejn sas-Sibt u jibda mis-7.00 ta' filgħodu

Noffru servizz ta’ ġarr ta’ skart goff, bla ħlas lir-residenti. Kull min ikollu skart goff, bħal għamara, appliances, etc. għandu jċempel fl-Uffiċċju tal-Kunsill fuq 21680099.

Ġbir ta' Skart Riċiklabbli

Il-ġbir ta' skart riċiklabbli isir nhar ta' Tlieta wara s-7.00 ta' filgħodu.

Ħlasijiet tal-Liċenzji tal-Kummerċ

Il-Kunsill jilqa’ ħlasijiet tal-liċenzji tal-Kummerċ. Kull min ikun ser jaffetwa xi pagament g]andu jġib miegħu l-avviż tal-ħlas u flus kontanti jew ċekk. Il-ħlas jista’ jsir ukoll permezz ta’ l-internet (www.licence.gov.mt) jew bil-posta indirizzat lit-Trade Licensing Unit.



Training and Educational


Courses
Keep Fit
Cross stitch


Library


Tuesday 9.00am- 12.00 pm
Thursday 5.00pm- 7.00pm

Uzu tal-internet u Wifi


Biex inservu il-pubbliku aħjar, il-Kunsill Lokali qed joffri l-possibilita ghall-access ta l-internet.

Biex wiehed ikun jista jaccessa l-internet irid jew imur l-ufficju amministrattiv f’31 Triq San Benedittu u jsib l-internet cafe hemm jew inkella jista wkoll igib il-laptop/PDA personali tieghu u jkun jista juza l-internet permezz tal-Wi-Fi.

Il-Kunsill Lokali jilqa’ l-ilmenti u s-suġġerimenti tar-residenti u dawn jidħlu f’sistema kompjuterizzata fejn jiġu mgħoddija lid-Dipartimenti u entitajiet konċernati biex kull inkonvenjent jiġi rranġat fl-iqsar żmien possibbli. Ilmenti u kummenti jintlaqgħu ukoll minn fuq din il-web-site. Aħna nagħmlu mill-aħjar li nistgħu biex kull problema tissolva fl-iqsar ħin possibbli.

Customer Care Online

Min juża l-internet jista' jressaq l-ilment, mistoqsijiet, u suġġerimenti tiegħu permezz ta' l-internet bil-malti jew bl-ingliż.  Din is-sistema tippermetti lil min jibgħat li jkun aġġornat bil-proċess.


Il-Kunsill Lokali Kirkop joffri s-servizz ta' custumer care lir-residenti, li jagħmlu l-ilment tagħhom u suġġeriment kemm bit-telefon, jew jekk jiġu fl-Uffiċċju Amministrattiv.  L-ilmenti jiġu proċessati eletronikament u jitressqu lid-Dipartiment government jew lill-Entita'  ikkonċernati.