Ħal Kirkop

Aktar Postijiet ta' interess

Print this page

Il-kappella tan-Nunzjata

Il-kappella tan-Nunzjata hija antika ħafna. Kienet imwaqqfa f’1460 u wara reġgħet inbniet fis-1658. Din il-kappella tinstab f’Misraħ Kirkop u għadha tintuża sallum għal funzjonijiet speċjali.Propju fuq din il-kappella ghadu kif sar xoghol ta' restawr.

Il-Menħir

Fid-daħla tar-raħal inti gej mill-mina ta’ l-ajruport għat-triq San Peitru, wieħed isib il-‘Menhir’ ġebla maħduma sħiħa u li ġiet imwaqqfa fiż-żmien il-qedem. Huwa misteru għalfejn ġiet imwaqqfa iżda hafna esperti jaqblu li kienet tintuża bħala post fejn jiltaqġħu il-mexxejja ta’ dak iz-zmien. Din saret is-simbolu ta’ Ħal Kirkop.

Il-Katakombi Paleo-Kristjani

Dawn il-katakombi instabu fl-1962. Jinstabu fi Triq iz-Zebbiegħ. Instabu ħafna għadam ta’ nies u fuħħar. Ġiet ikkalkulat li dawn inbnew fis-seklu 4 jew 5 W.K. Bħalissa jinstabu f’stat mitluq. Il-gvern ċentrali wiegħed li jirestawra dan is-sit.

Is-Salib tad-Dejma
Is-Salib tad-Dejma jinstab f’Misraħ Kirkop. Id-Dejma kif kienet tissejjaħ din il-Milizzja kienet tgħasses l-irħula mill-ħbit tal-furbani qabel il-wasla ta’ Kavalieri ta’ Malta. Dawn l-għassiesa kienu jiltaqgħu taħt dan is-salib biex jingħatu il-kmand.


Iċ-ċimiterju
Iċ-ċimiterju tar-raħal jinstab fuq in-naħa ta’ barra fit-Triq San Nikola. Fih, infatti, tinstab il-kappella ddedikata lil San Nikola. F’dan iċ-ċimiterju jinstabu ħafna nies li mietu fil-pesta il-kbira ta’ 1592. Fil-futur qarib, ser ninkludu lista tal-mejtin li jinstabu fiċ-ċimiterju.

Il-Każini tal-Banda
F’Ħal Kirkop jinstabu żewġ baned li jissimhom, Każin tal-Banda San Ġużepp u Każin Banda ta’ San Anard. Jinstabu kważi imissu ma’ xulxin, wiehed fi triq il-Paroċċa u l-ieħor f’Misraħ Kirkop.Ghalkemm hemm ħafna rivalita’ bejn iż-żewġ każini, ir-raħal huwa fost l-aktar kwieta li hemm f’Malta!

Il-kappella ta’ San Ġakbu
Din il-kappella m’għadhiex teżisti. Wiehed jista’ jara d-daħla ta’ din il-kappella li tixbaħ ħafna lill-kappella ta’ Ħal Milieri li tinstab l-Imqabba.