Ħal Luqa

L-Istorja tal-Lokalita'

Print this page

L-istorja ta’ Ħal Luqa hija mżewqa b’episodji ta’ ferħ u niket li, b’dimensjonijiet differenti, ħallew il-marki tagħhom fuq il-popolazzjoni u l-ħajja tagħha ta’ kuljum. L-episodju li bla dubju ta’ xejn ħalla l-akbar marka fuq il-popolazzjoni huwa l-bini ta’ l-ajruport li, minn mindu beda jinbena fl-1937, sar sinonimu ma’ Ħal Luqa.

Sakemm wasalna għall-era ta’ l-avjazzjoni, ir-raħal ta’ Ħal Luqa kien verament raħal kwiet. Ħal  Luqa ntagħżel bħala wieħed mis-siti ideali fejn jinbena mitjar militari. L-airstrips l-oħra li nbnew tfarrku drastikament bil-bombi mixħuta waqt attakki mill-ajru u għalhekk l-operazzjonijiet ċivili kkonċentraw fuq l-ajruport ta’ Ħal Luqa. Dawn għenu biex l-airstrip Ħal Luqa żviluppat fl-aħjar Ajruport ta’ Malta peress li kienet l-unika waħda li baqgħet tajba wara t-Tieni Gwerra Dinijia.

L-ajruport ġab bosta vantaġġi għal Ħal Luqa. Iżda wkoll serva ta’ kalamita biex jiġbed lejh l-agħar attakki mill-ajru matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Fil-fatt, ir-raħal ta’ Ħal Luqa tfarrak u ftit biss mid-djar li rnexxielhom jeħilsuha mil-qirda tal-gwerra. Wieħed mill-bosta bini li ġġarrfu severament kien dak tal-knisja parrokkjali preżenti. Dan il-monument, li fih jilqa’ bosta xogħlijiet ta’ l-arti, fosthom dak tal-pittura tat-titolar ta’ Mattia Preti (1687), oriġinarjament kien inbena fl-1670, iżda kellu jinbena mill-ġdid bejn l-1944 u 1962.

Ħal Luqa hija mżejna b’bosta strutturi storiċi li minnhom infushom jikkostitwixxu punt ta’ riferenza għal dan ir-raħal. Minn ta’ quddiemnett insibu l-Knisja Parrokkjali ddedikata lil Sant’Andrija li hija kapulavur ta’ l-arti u l-arkitettura. Monumenti oħrajn isibu l-bini ta’ San Vinċenz de Paul (1862) u l-kappella ddedikata lil San Gakmu. Ta’ l-ewwel huwa dar għall-anzjani li tilqa’ fiha madwar 600 ruħ u hija magħrufa għall-kappella tal-Qalb Imqaddsa. Ta’ l-aħħar orġinarjament inbniet fil-villaġġ viċin ta’ Ħal Saflieni fl-1550, iżda spiċċat biex fl-1613 sabet ruħha fis-sit li tokkupa llum. L-aħħar li din il-kappella ntużat mill-pubbliku kien matul it-Tieni Gwerra Dinjija.