Ħal Luqa

Ġemellaġġi

Print this page


Ġemellaġġ  bejn Ħal Luqa u Fiumicino

L-edukazzjoni, il-kultura, l-isports u t-turiżmu huma l-oqsma ewlenin li jifformaw il-bażi tal-ftehim ta' ġemellaġġ li l-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa għadu kif ikkonkluda mal-Muniċipalita' ta' Fiumicino fil-provinċja ta' Ruma. L-iffirmar tal-ftehim sar nhar is-Sibt, 24 ta' Novembru 2007 waqt Konferenza li saret fi Fiumicino stess biex jitfakkar il-Ħamsin Anniversarju tat-Trattat ta' Ruma.

Il-ġemellaġġ ġie ffirmat mis-Sindku ta' Ħal Luqa, is-Sur John Schembri u mis-Sindku tal-Muniċipaltita' ta' Fiumicino, Sig. Mario Canapini fil-preżenza ta' membri tal-Kunsilli rispettivi kif ukoll ta' pubbliku numeruż.