|
L-ajruport ġab bosta vantaġġi għal Ħal Luqa. Iżda wkoll serva ta’ kalamita biex jġbed lejh l-agħar attakki mill-ajru matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Fil-fatt, ir-raħal ta’ Ħal Luqa tfarrak u ftit biss mid-djar li rnexxielhom jeħilsuha mil-qirda tal-gwerra. Wieħed mill-bosta bini li ġġarrfu severament kien dak tal-knisja parrokkjali preżenti. Dan il-monument, li fih jilqa’ bosta xogħlijiet ta’ l-arti, fosthom dak tal-pittura tat-titolar ta’ Mattia Preti (1687), oriġinarjament kien inbena fl-1670, iżda kellu jinbena mill-gdid bejn l-1944 u 1962.
Ħal Luqa hija mżejna b’bosta strutturi storiċi li minnhom infushom jikkostitwixxu punt ta’ riferenza għal dan ir-raħal. Minn ta’ quddiemnett insibu l-Knisja Parrokkjali ddedikata lil Sant’Andrija li hija kapulavur ta’ l-arti u l-arkitettura. Monumenti oħrajn isibu l-bini ta’ San Vinċenz de Paul (1862) u l-kappella ddedikata lil San Gakmu. Ta’ l-ewwel huwa dar għall-anzjani li tilqa’ fiha madwar 600 ruħ u hija mag]rufa għall-kappella tal-Qalb Imqaddsa. Ta’ l-aħħar oriġinarjament inbniet fil-villaġġ viċin ta’ Ħal Saflieni fl-1550, iżda spiċċat biex fl-1613 sabet ruħha fis-sit li tokkupa llum. L-aħħar li din il-kappella ntużat mill-pubbliku kien matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
|