L-Imġarr

Skejjel

Print this page

Skola Primarja

Fid-19 ta’ Settembru, 1923, kienet lesta l-iskola tal-Gvern li tbierket mill-Kappilan Dun Glormu Chetcuti fuq inizzjattiva tal-Kappillan Salomone. Qabel din id-data l-iskola kienet tiġi mgħallma ġo ħanut ta’ parrukkier mill-istess Kappillan Salomone lil dawk kollha li jkunu se jsiefru. Fl-1999, ngħata bidu għal xogħol estensiv ta’ kostruzzjoni biex din l-iskola setgħet tiġi mkabbra u modernizzata biex tilħaq il-ħtiġijiet tal-ġurnata.