Il-Mosta

Ġemellaġġi

Print this page

MILLBRAE – 28 ta' April 1996(California , Amerika)


RAGUSA – 1 ta' Mejju 2004 (Sqallija, Italja)

Kien fl-2004 li, wara li saru diskussjonijiet bejn il-Kunsill Lokali tal-Mosta u l-Comune di Ragusa, belt ta’ importanza fi Sqallija, Fl-1 ta’ Mejju 2004 ġie ffirmat ftehim ta’ ġemellaġġ. Kien ftehim li sar fl-1 ta’ Mejju 2004. Kien fl-istess jum li fiha Malta saret parti mill-Unjoni Ewropea li l-Kunsill Lokali tal-Mosta ssiġilla dan il-ġemelaġġ mal-Comune di Ragusa. Il-ftehim ffirmah is-Sindku tal-Mosta s-Sur Joe De Martino u s-Sindku ta’ Ragusa Dott. Antonio Solarino. Din iċ-ċerimonja saret fil-Mosta. Dan kien it-tieni ġemellaġġ li daħlet għalih il-Mosta. Ragusa, hi belt fin-naħa t’isfel ta’ Sqallija b’popolazzjoni ta’ madwar 70,000 ruħ. Hi l-kapitali tal-Provinċja ta’ Ragusa. Dan il-ġemellaġġ ħalla l-frott għax meta bdew il-proġett tal-Unjoni Ewropea, il-Mosta daħlet fi sħubija ma’ Ragusa u ħadet żewġ proġetti taħt il-Programm Interreg IIIA Italja-Malta, wieħed kien CULTEXCHANGE u l-ieħor SMART. Fis-sena 2011, umbagħad, il-Mosta u Ragusa reġgħu ssieħbu u ħadmu porġett ieħor taħt il-Programme Italja-Malta, bl-isem ta’ ARCHAEOTUR li għandu jintemm f’Settembru 2013.