|
Għalkemm jista’ hemm xi dubji dwar minn liema minn dawn it-tnejn huwa ġej isem il-belt, m’hemm l-ebda dubji dwar kemm għandha ż-żmien il-lokalità tal-Mosta. Bla ebda dubju hija waħda mill-eqdem kolonizzazzjonijiet tal-gżejjer. Evidenza ta’ dan tista’ tinsab f’sejbiet arkeoloġiċi li jagħtu xhieda ta’ abitazzjoni sa miż-żmien preistoriku. L-Istorja tal-Mosta kienet imlewna b’episodji ta’ kemm ferħ kif ukoll tbatija. Kienet waħda mill-kolonizzazjonijiet milquta minn kunflitti bħal attakki korsari fil-Medjuevu u fi Żminijiet Moderni Bikrin kif jagħtu testimonjanza ċertu stejjer qodma tal-poplu bħal ‘l-Għarusa tal-Mosta’. Fit-Tieni Gwerra Dinjija il-lokalità esperjenzat attakki oħrajn u anke il-kopla tal-Mosta kienet ġiet milquta minn bomba Ġermaniża.
Hekk kif fl-ibliet u l-villaġġi l-oħra kollha fil-gżejjer Maltin, ir-Reliġjon Kattolika hija ħajja u attiva ħafna. B’hekk il-festa titulari tal-Mosta li hija dik ta’ Santa Marija jew ta’ Marija Assunta, hija l-quċċata fiċ-ċelebrazzjonijiet lokali reliġjużi u popolari fejn il-Mostin jinġabru quddiem ir-Rotunda f’manifestazzjoni ta’ ferħ u briju. Bħall-maġġoranza kbira ta’ l-ibliet u l-villaġġi madwar id-dinja, il-Mosta wkoll għandha l-istemma araldika tagħha. Dan is-simbolu jirrifletti t-twemmin u l-assi tal-Mosta li jidhru fil-partijiet varji ta’ l-istemma. It-tarka tal-fidda għandha salib aħmar li fiċ-ċentru tiegħu hemm ċirku tad-deheb li fih hemm stilla b’ħames ponot kulur is-sema.
Is-salib aħmar jissimbolizza l-fidi Kattolika li minn dejjem kienet predominanti fil-ħajja u t-twemmin tan-nies lokali. Iċ-ċirku jirrappreżenta r-Rotunda, il-knisja parrokkjali tal-Mosta, l-għeliem prinċipali tal-lokalità u l-bini li ma kulħadd hija l-iżjed famuża, Maltin kif ukoll barranin. L-istilla blu huwa s-simbolu tal-Madonna, is-Sinjura tagħna, qaddisa patruna tal-belt, li l-festa tagħha tiġi ċelebrata fil-15 ta’ Awwissu.
|