L-Imsida

Informazzjoni dwar il-lokalita'

Print this page

Isem il-lokalitá ġej minn kelma Arbija li tfisser dar ta’ sajjied. Iżda jista’ jkun ukoll li ġejja mill-frażi ‘Omm Sidna’ li tfisser Omm Alla tagħna peress li seta’ kien hemm kappella żgħira dedikata lill-Verġni Imqaddsa Marija, Omm Alla. Msida qabel kien villaġġ tas-sajd. Għalkemm issa sar iżjed urban, fil-villaġġ għad fadal xi sajjieda jaħdmu.

Msida saret parroċċa fl-1867. Dak iż-żmien il-kolonizzazzjoni kienet iddur mal-griebeġ li kienu jinsabu ġewwa f’Valley Road, u madwar xi toroq u passaġġi anċillari li kienu jwasslu għad-distrett antikwat ta’ Villambrosa. Dan l-istatus pero ma damx wisq, hekk kif il-parroċċa l-ġdida ta’ Ħamrun saret indipendenti fl-1881. Illum l-aktar parti baxxa ta’ Triq Villambrosa tibqa’ bħala tifkira silenzjuża tal-ġurisdizzjoni ta’ l-Imsida f’dan il-post. L-Imsida eventwalment tilfet ukoll partijiet mit-territorji tagħha għall-paroċċi ġodda f’Santa Venera fl-1918, Pietà fl-1968 u Ta’ Xbiex fl-1969.

Il-popolazzjoni tagħha, li xi darba kienet tilħaq il-11,500, kienet naqset għal 6,000 biss. Madanakollu il-ħtiġiet reċenti kif ukoll żviluppi residenzjali fis-subborg ta’ Swatar, tellgħu il-popolazzjoni għal 7,600 abitant. Ġewwa Swatar hemm ukoll il-Kulleġġ ta’ San Martin, waħda mill-iskejjel sekondarji prinċipali.

Illum l-Imsida hija belt universitarja mimlija ħajja u l-iżvulupp idur madwar popolazzjoni ta’ studenti li dejjem qed tiżdied u madwar l-Iskylark School of English kif ukoll madwar diversi industriji tas-servizzi li faqqsu f’din il-belt fi snin riċenti.

Għal iktar dettalji dwar il-lokalita' tal-Imsida tistgħu tidħlu f'dan is-sit http://msidalocalcouncil.com/