L-Imtarfa

Knejjes

Print this page

Kappella Ta' San Oswald

Din il-kappella li tinsab ġol-isptar tal-Imtarfa hi ddedikata lil San Oswald. Kienet mibnija mill Inglizi u miżmuma f'kundizzjoni tajba. Illum din il-kappella taqdi ir-residenti tal-Imtarfa u għandha altar wieħed biss.

Ħinijiet tal-Quddies
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-18.00
Is-Sibt fit-08.00
Il-Ħadd fis-07.30 u d-09.00

Kappella Santa Luċija

Din il-kappella ġiet mibnija fis-sena 1500 mill-familja Darmanin fi-Birgu. L-isqof Dusina żar din il-kappella fis-sena 1575, għaxar snin wara l-Assedju. Din tinsab f' Wied il-Qlejgħa li huwa wieħed mill-isbaħ wiedien f'Malta. Filfatt tista' tammira il-veduta minn fuq iz-zuntier tal-kappella. 

Il-festa ta' Santa Luċija tiġi iċċelebrata fit-13 ta' Diċembru.

Ħinijiet tal-Quddies
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-07.45
Is-Sibt fis-18.00
Il-Ħadd fil-11.00 u fis-18.00