Il-Munxar

Geografija

Print this page

  Mappa tal-Munxar

Il-Munxar huwa ieħor minn fost l-iżgħar irħula f’ Għawdex u jinsab fin-nofsinhar tal-gżira bejn l-irdum tax-Xlendi u r-raħal Ta’ Sannat. Ismu ġej minn fattur distint ta’ din l-area. Il-kelma l-Munxar tfisser serrieq li l-pożizzjoni tiegħu qiegħda f’ għamla ta’ l-ittra H, li jintuża sabiex jaqta’ l-ħatab għan-nar. Din l-immaġini ġejja mill-mod ta’ kif l-irdum jestendi sa ġol-baħar minn wara l-Knisja tar-Raħal sa l-area tal-madwar fejn hemm Wied tal-Għanċija minn-naħa tal-Munxar u Wied ix-Xlendi minn-naħa tal-Fontana. Dan l-isem ma jinsabx biss ġewwa l-gżira ta’ Għawdex: fil-lvant ta’ Malta tinsab medda ta’ art li tibqa’ ħierġa għal ġol-baħar li hija wkoll magħrufa bħala l-Munxar. 

munxar map