Il-Munxar

Informazzjoni dwar il-lokalita'

Print this page

L-isem il-Munxar ġej minn fattur distint ta’ din l-area. Il-kelma l-Munxar tfisser serrieq li l-pożizzjoni tiegħu qiegħda f’ għamla ta’ l-ittra H, li jintuża sabiex jaqta’ l-ħatab għan-nar.

Ix-Xlendi huwa żgur wieħed mill-aktar postijiet pittoreski u romantiċi li hawn fil-gżira. Għall-ewwel ix-Xlendi kien irreġistrat bħala ‘Xilendi’ skont kuntratt notarili tad-19 t’ April 1550. L-emblema tax-Xlendi tikkonsisti fi promotorju b’torri tiela ‘il fuq minn fuq baħar kaħlani, filwaqt li fuq qasam oranġjo hemm l-ittra M f’ nofs chief tal-fidda li qed tirrappreżenta lil Marija b’ referenza għall-Madonna li għaliha l-Knisja tax-Xlendi hija ddedikata (Madonna tal-Karmnu).

Mhux ta’ min jitlifha l-festa tax-Xlendi għad unur tal-Madonna tal-Karmnu tard f’ nofs Awissu. Din tgħaqqad flimkien varjetà ta’ divertiment attrazzjonijiet u tradizzjonijiet stabbiliti fi ħdan devozzjoni reliġjuża antika lejn il-Madonna li dejjem tħares il-post b’ ħarsa ta’ imħabba protettiva.