Marsaxlokk

Residenzi Importanti

Print this page

Il-Palazz tal-Marniżi

Fuq l-istess art li fuqha hu mibni l-Forti San Luċjan, naraw Palazz sabiħ. Ugolinu Bonnici fl-1551 kien xtara dawk l-inħawi. Fil-faċċata hemm kitba bil-Latin li tgħid hekk: “Fis-Saltna tal-Gran Mastru Lascaris, Prinċep l-iktar reliġjuż, ġakbu Testaferrata De Robertis U.I.D. fil-għalqa Marniżi, mixtrija 100 sena ilu minn Ugolinu Bonnici, iz-ziju ta’ martu Teodara, fejn darba l-ġganti waqqfu bini tal-għaġeb u l-antiki pagani mhux fil-bogħod minnha u quddiemha bnew il-famuż tempju ta’ Erkole, minħabba l-ġmiel tas-sema u s-sbuħija tal-baħar u tal-port, bena din il-villa fid-29 ta’ Ottubru fis-sena 1650”

Ma’ dan il-Palazz hemm il-knisja ċkejkna ta’ San Duminku.