In-Naxxar

Avviżi

Print this page

Il-Kunsill Lokali Naxxar jgħarraf illi:-

Sa 12.00 p.m. tat-Tlieta it-24 ta’ Lulju 2012, fil-kaxxa tal-offerti tal-Kunsill Lokali Naxxar, jintlaqgħu offerti magħluqin għal:-

Avviż nru. T10/2012. Provista u installazzjoni ta’ aperturi triple glazing (€50.00)
Avviż Nru. T11/2012. Titjib ta’ Triq Castro (Pavimentar, mghodija ta’ servizzi u sistema ta’ dwal) (€150.00)
Avviż Nru. T12/2012. Stampar ta’ coffee -table book. (€20.00)

Għandu jitħallas dritt skont kif indikat għal kull kopja tad-dokument tal-offerta.

Id-dokument tal-offerti jistgħu jinġabru mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali Naxxar, 18, Ċentru Ċiviku, Vjal il-21 ta’ Settembru, in-Naxxar, bejn it-8.00 am. u s-1.00pm (mit-Tnejn sal-Ġimgħa), u s-Sibt bejn it-8.00 am. U l-11.30 am.

L-offerti jinfetħu fil-pubbliku minnufih wara d-data u l-ħin tal-għeluq.

Id-dokumenti tal-offerti jistgħu wkoll ikunu spezzjonati mingħajr ħlas waqt l-istess ħinijiet.

Il-Kunsill iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta.