In-Naxxar

Residenzi Importanti

Print this page

  Palazzo Parisio

Palazzo Parisio kif nafuh illum ġie mibni mill-Markiż Ġużeppi Scicluna. Qabel din is-sit kienet okkupata minn villa tas-sajf mill-kommunita' tal-Ġiżwiti. Wara li xtara din il-proprjeta’ fl-1898, il-Markiż Scicluna bidilha fil-bini li hemm preżentament u żied magħha biċċiet ta' artijiet oħra biex iservu ta' ġnien kbir. Dawn ix-xogħolijiet saru bejn l-1898 u l-1906.

Id-dekorazzjonijiet artistiċi saru minn artisti Taljani li nġiebu Malta apposta. Il-pitturi tas-saqaf huma xogħol il-pittur Taljan Filippo Venuti.

Il-Markiż Scicluna uża dan il-palazz bħala r-residenza privata tiegħu għal żmien qasir qabel miet fl-1907. Wara l-mewt tal-Markiż, dan il-Palazz ma baqgħax jintuża bħala residenza iżda bħala post fejn iżuru t-turisti kif ukoll fejn jinżammu riċevimenti.

Fl-1962, il-Markiż John Scicluna kera parti kbira mill-ġonna tal-Palazz lill-Korporazzjoni tal-Fieri Internazzjonali.

     Website : www.palazzoparisio.com
     E-mail address : info@palazzoparisio.com