In-Naxxar

Informazzjoni dwar il-lokalita'

Print this page

Mhux faċli sabiex wieħed jiddetermina meta beda jifforma ruħu r-raħal tan-Naxxar. Fiż-żgur huwa li eluf ta' snin ilu, diġa' kienet teżisti forma ta' ħajja fin-Naxxar. Dan jixhduh l-egħrien tal-Qattara u ta' San Brinkaw; fdalijiet megalitiċi ta' Żmien ir-Ramm f'tal-Qadi u Qaliet Marku; raddi fil-blat li jibdew mis-Salina sa taħt it-Tarġa kif ukoll aktar 'il fuq lejn l-Għadira tal-Wej li x'aktar iffurmaw ruħhom fi Żmien il-Bronz; oqbra Puniċi fis-sit ta' l-Iskola Primarja tan-Naxxar, u jingħad ukoll fit-toroq ta' San Ġorġ u Leli Falzon; kif ukoll il-Katakombi fis-Salina u fil-Magħtab