L-Iklin

Dħul

Print this page

 L-Iklin

Il-Lokalita’ ta’ l-Iklin, b’popolazzjoni ta’ madwar 3,200, tinsab taħt għolja li fuqha mibni n-Naxxar. Fuq in-naħa t’isfel tmiss ma’ Birkirkara u ma’ Ħal Lija filwaqt li mill-Lvant tmiss ma’ San Ġwann.

L-ewwel dar f’din il-lokalita’ inbniet fl-1954 mit-tabib Żammit u tinsab fi Triq in-Naxxar b’isem ta’ Dar l-Lewża. Għal ħmistax il-sena Dar il-Lewża kienet l-unika dar mibnija fl-Iklin. Matul is-snin sittin u sebgħin inbnew numru ta’ villel lussużi fuq l-għolja li tagħti għan-Naxxar (fin-naħa ta’ Triq il-Wied u fiż-żona magħrufa ta’ Upper Iklin).

Fl-aħħar tas-snin sebgħin kif ukoll fit-tmeninijiet beda tiela’ bini ma’ kullimkien. Fin-naha t’isfel tal-Wied, li kienet green area inbniet By pass li tibda minn ħdejn l-Universita’ sa’ L-iklin. Din il-By pass serviet biex qatgħet l-Iklin iżda f’dan il-proċess kienu rvinati għal dejjem tmiem sħaħ ta’ art fertili.

Il-Popolazzjoni hija waħda relattivament żgħażugħa b’madwar terz huma taħt it-tmintax il-sena. Dawk ta’ l-fuq minn 60 sena żdiedu ħafna għaliex qed jgħixu aktar fit-tul.

Isem din il-lokalita’ ġej mill-ħaxix aromatika klin (rosmarinus). Hu mifhum li fil-wied kienet tikber din l-ħaxixa, iżda illum ħlief bini u konkrit f’dan il-wied ma tarax.

Fl-Iklin instabu żewġ siti arkeoloġiċi, waħda ta’ ħaġar ta’ żmien ir-ramm u l-oħra bi f’dalijiet kemm Puniċi kif ukoll Rumani.

Ir-raħal hu magħruf għall-kappella ta’ San Mikiel Arkanílu mibnija fl-1615. Isir quddies biss darba f’sena meta tkun iċċelebrata l-festa, nhar id-29 ta. Settembru. Viċin il-kappella hemm ukoll il-fabbrika tan-nar ta’ Ħal Lija.

L-istemma, disinjata ġdida, hi tarka fuq sfond ikħal b’San Mikiel fin-nofs u bordura li fiha sitt wardiet tal-Iklin.

        
View Larger Map