L-Imqabba

Skejjel

Print this page

Tinsab fi Triq Valletta u fiha jinsabu wkoll il-librerija pubblika u s-sala tal-iskola

L-Arkitettura tal-iskola Primarja tal-Imqabba hi meraviljuża. L-iskola li issa tifforma parti mill Kulleġġ San Benedittu f’Ħal-Kirkop, għandha popolazzjoni ta’ madwar 400 student. Fis sena 2008 il-Ministru tal-Edukazzjoni investa f’sala kbira li tifforma parti minn din l-iskola.

L-ewwel pjanijiet tal-iskola ġew żvelati mill-Arċipriet fil-25 t’April 1901, meta l-gvernatur żar l-Imqabba. L-intenzjoni tad-Dipartimentajiet tax-Xogħolijiet Pubbliċi, kienet li tinbena skola ġdida fil-Ġnien tal-Kmand. F’dak iż-żmien, dan kien post addattat għaliex kien f’tarf il-villaġġ u għalhekk f’post kwiet. Ilum m’għadiex tinsab f’tarf ir-raħal għaliex żdied il-bini.

Wieħed mill kuntratturi offra biex jiġi imħalli juża il-ġebel tal-franka li jinqata’ mis-sit biex tinbena l-istess skola. L-awtoritajiet approvaw din il-proposta. L-art kienet tas-Sur Ġużeppi Grech magħruf bħala ‘’Ix-Xugar’’. L-iskola kient uffiċjalmet inawgurata f’Jum il-Premjazzjoni tal-iskola fl-4 ta Jannar 1903. Iċ-ċeremonja kienet preseduta minn dakinhar l-Isqof Mons Pietru Pace. Matul dan l-avveniment, mhux l-istudenti tal-Imqabba biss ġew mogħtija rigal, imma anke studenti oħra minn villaġġi oħrajn bħaż-Żurrieq,Qrendi u Kirkop. Il-kostruzzjoni tal-iskola tlestiet b’suċċess fl-1910.