L-Imqabba

Informazzjoni dwar il-lokalita'

Print this page

L-Ewwel Leġiżlatura – 1994-1996

L-ewwel elezzjoni għall-Kunsill Lokali tal-Imqabba kienu ġew eletti dawn il-ħames Kunsillieri:

John Zammit – PN
Anton Farrugia – PN
Ludgarda Farrugia – Indipendenti
Mario Degiorgio – Indipendenti
Emanuel Buttigieg – PN

Mill-kunsillieri eletti, is-Sur Emanuel Buttigieg laħaq l-ewwel Sindku.


It-Tieni Leġiżlatura – 1996-1999

Fid-9 ta’ Marzu 1996 saret l-elezzjoni għat-tieni Kunsill Lokali tal-Imqabba u l-kunsillieri eletti kienu:

Judas Thaddeus Farrugia – Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju
Victor Micallef – Indipendenti
Emanuel Buttigieg – PN
George Farrugia – PN
Reuben Abdilla – PN

Minn dawn il-kunsillieri Emanwel Buttigieg kien konfermat Sindku.


It-Tielet Leġiżlatura – 1999-2002

Fit-13 ta’ Marzu 1999 saret l-elezzjoni għat-tielet leġiżlatura tal-Kunsill Lokali Mqabba. Il-kunsillieri eletti kienu:

Emanuel Buttigieg – PN
Nicholas Briffa – MLP
Carmen Psaila – PN
Francis Vella – PN
Josephine Simbeyè – MLP

Is-Sur Emanuel Buttigieg reġa’ kien konfermat Sindku u s-Sinjorina Carmen Psaila Viċi Sindku ta’ din it-tielet leġiżlatura.


Ir-Raba Leġiżlatura – 2002-2005

L-elezzjoni li eleġġiet ir-raba’ leġiżlatura saret fid-9 ta’ Marzu 2002. Il-kunsillieri eletti kienu:

Nicholas Briffa – MLP
Emanuel Buttigieg – PN
Edwin Gatt – PN
Emanuel(Noel) Galea – PN
Grace Marie Mallia – MLP

Is-Sur Emanuel Buttigieg reġa’ kien konfermat Sinku bis-Sur Emanuel (Noel) Galea jsir Viċi Sindku. Aktar tard is-Sur Emanuel Buttigieg irriżenja u floku permezz t’elezzjoni każwali ġie elett is-Sur Paul Spiteri filwaqt li Emanuel (Noel) Galea kien appuntat Sindku u Edwin Gatt, Viċi Sindku.


Il-Ħames Leġiżlatura – 2005-2008

Nhar is-Sibt 12 ta’ Marzu 2005 saret elezzjoni oħra tal-Kunsill Lokali Mqabba, din id-darba għall-ħames leġiżlatura. Il-kunsillieri eletti huma:

Noel Galea – PN
Nicholas Briffa – MLP
Donald Muscat – MLP
Benny Casha – MLP
George Sammut – PN

Is-Sur Nicholas Briffa ġie elett Sindku bis-Sur Donald Muscat jiġi elett Viċi Sindku .


Is-Sitt Leġiżlatura – 2008-

Nhar is-Sibt 8 ta’ Marzu 2008 saret elezzjoni oħra tal-Kunsill Lokali Mqabba. Il-kunsillieri eletti huma:

Emanuel (Noel)Galea – PN
Nicholas Briffa – MLP
Grace Marie Mallia – MLP
Paul Spiteri – PN
Charles Farrugia – PN

Is-Sur Emanuel (Noel) Galea ġie elett Sindku bis-Sur Charles Farrugia jigi elett Viċi Sindku.