Ħ'Attard

L-Istorja tal-Lokalita'

Print this page

Għan-nofs ta’ Malta jinsab ir-raħal ta’ Attard, magħruf għall-imsaġar taċ-ċitru u l-ġonna. Attard ilu bil-Kunsill Lokali tiegħu sa mill-1994, u jkopri medda ta’ madwar seba’ kilometri kwadri fejn toqgħod popolazzjoni ta’ madwar 10,000. Minn Ta’ Qali jmiss mal-Imdina u l-Mosta, u taħtu nsibu l-qasam Tal-Idward li jgħaqqad lill-Misraħ Kola, jaqsam il-Wied ta’ San Martin, Wied Inċita u Wied Irmiedi. Imiss ukoll ma’ Wied is-Sewda, u ma’ Ħal Lija, hemm biċċa Ta’ Fġieni, li tmiss mal-qalba tar-raħal. Fin-Nofsinhar hemm in-naħa ta’ San Anton u l-palazz u l-ġonna assoċjati miegħu. Interessanti li f’Attard instabu oqbra u fdalijiet ta’ żminijiet preistoriċi li jmorru lura sa 3,000 sena Q.K. Attard għandu l-akbar rata ta’ żieda fil-popolazzjoni fil-Gżejjer Maltin, kif ukoll rata għolja ta’ mobilità soċjali, b’numru record ta’ teenagers li jmorru l-università

Attard sar parroċċa fl-1575, u mill-1579 kellu l-ewwel kappillan. L-ewwel binjiet importanti f’Attard kienu kappelli – uħud minnhom inqerdu mill-bombi fl-1942. Il-knisja parrokkjali dedikata lill-Marija Assunta bdiet tintuża fl-ewwel kwart tas-sbatax-il seklu. Id-disinn ta’ din il-knisja jattribwuh lill-capomastro minn Attard Tumas Dingli, forsi fuq pjanta ta’ Vittorio Cassar. Fost ix-xogħlijiet artistiċi li fiha nsibu pitturi ta’ Francesco Zahra u oħrajn ta’ Stefano Erardi.

Fl-1676 Attard intlaqat mill-pesta, minn fejn kibret id-devozzjoni ta’ Santu Rokku fil-kappella ta’ Sant’ Anna (issa qed tintuża mis-soċjetà tal-Mużew. Il-pesta tas-snin wara l-1670 qatlet 10% tal-popolazzjoni ta’ Attard. Bħala ċimiterju daż-żmien għadu jintuża biss dak 'tal-Providenza' fi Triq il-Belt Valletta (Triq Notabile) li qabel kien f’tarf ir-raħal.