Ħ'Attard

Lukandi

Print this page

Fl-1962, Attard kellu waħda mill-aqwa lukandi: il-lukanda Corinthia Palace, li illum hija waħda mill-iktar lukandi pretiggjuża u internazzjonali u għandha iktar oqsma fit-Turkija, l-Ungerija u madwar partijiet oħra tad-dinja. Din il-lukanda ġiet inawgurata mill-Prinċep Philip, Duka ta’ Edinburgh, fil-prezenza tal-Prim Ministru Malti Dr. George Borg Olivier.Din il-lukanda ġiet mibnija madwar il-villa antika li kien jisimha Villa Refalo, fejn issa, wieħed isib ir-restaurant tagħha. Il-Lukanda Corinthia tipprovdi ukoll ċertu faċilitajiet bħal għum u tennis; kienet ukoll tospita konferenzi internazzjonali u ġibdet ħafna ministry barranin ġewwa l-area ta’ Ħ’Attard.Fil-bidu tas-sena 1990, sar restawr fuq din il-lukanda fejn il-grounds interjuri u esterjuri ġew ridekorati, u l-madwar tagħhom ġew imżejna b’ġonna u funtani ta’ l-ilma.