Ħ'Attard

Sptarijiet

Print this page

Minħabba li kien jeżisti l-isptar ta’ Santa Katerina, immexxi mis-Sorijiet Dumnikani mill-1959 ‘l quddiem, u minħabba li kien wieħed mill-ftit sptarijiet ġenerali b’faċilitajiet ta’ maternità, ħafna ommijiet kienu iwelldu lit-tfal tagħhom ġewwa dan l-isptar ta’ Ħ’Attard. Wara nuqqas ta’ qbil u diskussjonijiet f’ambjent mediku ta’ l-1977, l-isptar ta’ Santa Katerina waqaf jopera bħala sptar u minflok beda jopera bħala dar ghall-anzjani. L-isptar ta’ Santa Katerina kellu madwar mitt sodda – tletin għal materità u sebgħin għal użu ta’ interventi kirurġiċi jew ginekoloġiċi. Illum wieħed isib madwar sebgħin residenti anzjani li jgħixu f’din id-dar ghall-anzjani, uħud minnhom minn Ħ’Attard stess. Il-bqija tal-bini huwa wżat mis-sorijiet stess għall-użu ta’ kongregazzjonijiet.

Fost il-kliniċi private l-oħra, wieħed ukoll isib l-isptar Monte Carmeli li infetah fl-1861, u li kien jintuża bħala post ta’ reklużjoni. Illum jintuża bħala sptar għat-trattament ta’ mard mentali li jagħmel użu minn terapiji progressivi u infermerija avvanzata. Dan l-isptar għandu ċentru soċjali attiv li huwa mibni mill-Friends of Attard Ħospital, li għandu jkoll Summer House u jorganizza festi għall-pazjenti u l-familji ta’ dan l-isptar.