Ħ'Attard

Skejjel

Print this page

Żewġt idjar partikulari, waħda minnhom li kienet ta’ kavallier ġo Triq Sant’Anton, u oħra li kienet tal-Familja Caruana Gatto, servew bħala skejjel primarji għat-tfal ta’ Ħ’Attard qabel ma nbniet l-iskola primarja li llum tinsab ġo Triq Ħal Warda. L-iskola primarja ta’ Ħ’Attard, li hija msemmija għall-iskultur lokali u famuż Tumas Dingli, issa kibret mhux ħażin u dan minn żmien is-snin sittin lil hawn, tant li issa takkomoda kindergarten flimkien ma popolazzjoni totali ta’ ‘l fuq minn ħames mitt student. Fost l-attivitajiet ta’ l-iskola, insibu ‘Sports Day’, li tiġi organizzata fil-football pitch maġenb din l-istess skola. Hemm ukoll ‘Prize Day’, li tkun tikkonsisti f’xi reċta jew ‘talent show’ imtellgħa mill-istudenti u l-għalliema tagħhom. Dan kien l-ewwel bini li kien iddedikat u kostruwit għat-tfal bħala skola ta’ Ħ’Attard. Naturalment, kien hemm postijiet oħra li servew bħala skejjel, partikolarment ġo Triq Sant’Anton, Triq il-Belt Valletta u Triq il-Kbira iżda dawn kienu biss residenzi privati li ġew użati bħala skola għal żmien temporanju sakemm instabu mezzi u bini oħra iktar addattati għall-skola.

Bħalissa, minbarra din l-iskola primarja, hemm ukoll kindergarten u skola primarja li huma private.