Ħ'Attard

Knejjes

Print this page

Ħ’Attard sar paroċċa fl-1575, u b’hekk inqata’ minn ma’ Birkirkara mill-aspett ekklezjastiku. B’hekk sa l-1579 Ħ’Attard kellu l-ewwel kappillan. F’dan iż-żmien li qed insemmu, Ħ’Attard kellu madwar 665 resident li kienu jgħixu ġo 165 dar.

Uħud mill-eqdem bini ta’ Ħ’Attard kienu fil-fatt kappelli: dawn jinkludu il-kappella ‘tas-Salvatur’ u ‘tal-Lunzjata’ tas-seklu sittax; dawn iż-żewġ kappelli sfortunatament inqerdu fl-attakk li n-Nazi kienu għamlu fl-1942 u b’hekk illum m’għadhomx jeżistu. Kien hemm ukoll kappella zgħira fuq in-naħa ta’ Ħaż-Żebbuġ li kienet għadha tintuża, kif ukoll il-kappella ta’ Sant’Anna, li fi żmien, kienet dedikata lil Santu Rokku, f’pjazzetta zgħira fil-qalba tar-raħal. Kappella oħra li reċentement kienet ġiet restawrata hija dik ta’ San Pawl, il-patrun ta’ Malta, u lil venerabbli San Publiju. Żmien ilu, il-quddiesa f’Malta kienet tiġi ċċelebrata f’din il-knisja zgħira, li iktar tard reġgħet inbniet. Żewġ kappelli oħra, waħda ddedikata lil-Madonna ‘tal-Pilar’, li tmur lura fi żmien il-kavallieri, u oħra assoċjata mas-Sovrani Russi matul il-perjodu Britanniku, ħafna qabel ir-refuġjati Russi mir-Revoluzjoni Bolshevik kmieni das-seklu, jinstabu fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Sal-lum, għada tiġi ċċelebrata quddiesa fil-kappella ‘tal-Pilar’ filwaqt li fil-kappella ta’ Sant’Anton, il-ħitan ġew dekorati u mpinġija fi stil Russu Ortodoss.

Il-knisja tal-paroċċa, li fil-preżent hija ddedikata lil Maria Assunta ġiet kompluta fl-ewwel kwart tas-seklu sbatax u bidet tintuża. Id-disinn ta’ din il-knisja, li huwa magħruf bħala xogħol artistiku u arkitettoniku, li qatt ma ntmess, ġie attribwit ma’ resident ta’ Ħ’Attard li x’aktarx huwa x-xoghol ta’ l-iskultur Tumas Dingli, li żgur ħadem fuqha. Jista’ jkun ukoll li ħadem fuqha wkoll Vittorio Cassar, iben il-perit Ġirolamo Cassar. Minbarra il-finezza ta’ l-elementi barokki tagħha, il-knisja ta’ Ħ’Attard baqgħet dejjem tiġi miżjuda b’iktar xogħolijiet artistiċi, li jinkludu tpinġijiet ta’ artisti famużi bħal Francesco Zahra u oħrajn ta’ Stefano Erardi.

Fl-1676 Ħ’Attard intlaqat mill-epidemija tal-pesta. Intant, il-marda tal-pesta qatlet 22% tal-popolazzjoni Maltija fis-sena 1670, li laqtat l-iktar l-ibliet. Fil-kampanja l-imwiet kienu jammontaw għal 7%, iżda Ħ’Attard, flimkien ma’ Ħal Tarxien u l-Qrendi kienu l-iktar rħula li ġew milquta bl-ikraħ.
Minn popolazzjoni ta’ 1000, madwar 104 persuna – jew iktar minn wieħed f’għaxra – mietu mill-pesta, l-iktar fl-1676, b’riżultat li l-bżonn għal oqbra żdied drammatikament, bħal per eżempju iċ-ċimiterju magħruf bħala ‘tal-pesta’ li kien maġenb il-kappella msemmija iktar ‘il fuq.
Ċimiterju ieħor ta’ qabel it-tieni gwerra dinjija kien dak li jinsab fil-parti ta’ fuq ta’ Triq B’Kara magħruf bħala dak ‘ta’ l-erwieħ’.
L-uniku ċimiterju li llum għadu jintuża ġewwa Ħ’Attard huwa dak ‘tal-Providenza’, li jinsab ġewwa Triq il-Belt Valletta. Dan kien barra mill-konfini ta’ Ħ’Attard iżda llum jitqies bħala parti mportanti ta’ Ħ’Attard