Il-Belt Valletta (Città Umilissima)

Geografija

Print this page

Il-Belt Valletta (Città Umilissima) hija l-kapitali legali u amministrattiva ewlenija ta’ Malta u hija l-punt fokali għal attività kulturali u kummerċjali. Fl-1980 il-belt kollha kemm hi ġiet imniżżla bħala Sit ta’ Patrimonju Dinji mill-UNESCO u ġiet nominata erja ta’ Konservazzjoni Urbana mill-MEPA. Hemm madwar 1,500 liċenzji tal-kummerċ reġistrati li joperaw fil-Belt Valletta. L-industriji u l-faċilitajiet marittimi huma karatteristika li tiddistingwi l-erja tal-Port il-Kbir, u l-Belt Valletta hija l-iżjed belt importanti f’din l-erja. Il-Port il-Kbir ta’ Malta huwa port fond naturali, li jestendi 1.6 kilometri ‘l ġewwa, protett minn brejkwoter fuq kull naħa fid-daħla tal-port li jagħmlu port protett għal kull tip ta’ temp. Għandu mollijiet li jintużaw primarjament għat-tagħbija tal-merkanzija li għandhom faċilitajiet ta’ trasbord u ħażna. Qasam ieħor li qed jiġi żviluppat huwa s-suq tal-cruise liners. Fil-fatt qed jinbena terminal internazzjonali għall-passiġġieri tal-cruise liners.

Il-Belt Valletta għandha popolazzjoni ta’ 8, 000 resident u għandha erja ta’ madwar 1km kwadru.