It-tenders ippubblikati mid-Dipartiment tal-Kuntratti minn Ottubru 2008 huma aċċessibbli mill-portal tax-xiri pubbliku. Dan ma jirrikjedix reġistrazzjoni min-naħa tal-utent.
It-tenders kollha jidhru taħt is-sezzjoni "Tenders" u jibqgħu viżibli sa meta dawn jiskadu. Jekk l-utent jirreġistra mas-servizz elettroniku jkun jista' ukoll jirċievi alerts, jixtri t-tenders u jkollu funzjonalita' avvanzata oħra.